EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0571

Kawża C-571/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 7 ta’ Novembru 2013 — Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

ĠU C 24, 25.1.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2013 — Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

(Kawża C-571/13)

2014/C 24/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Annegret Weitkämper-Krug

Konvenuti: NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts

Domanda preliminari

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tieni qorti adita, li hija biss għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, hija madankollu obbligata tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi deċiża definittivament il-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti adita, li ma għandhiex ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 22?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


Top