This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0464
Case C-464/13: Request for a preliminary ruling from the Bundesarbeitsgericht (Germany) lodged on 27 August 2013 — Europäische Schule München v Silvana Oberto
Kawża C-464/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis- 27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto
Kawża C-464/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis- 27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto
ĠU C 336, 16.11.2013, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 336, 16.11.2013, p. 6–7
(HR)
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto
(Kawża C-464/13)
2013/C 336/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Europäische Schule München
Konvenuta: Silvana Oberto
Domandi preliminari
(1) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej tal-21 ta’ Ġunju 1994 (1) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għalliema rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati mill-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala inklużi fost il-persuni koperti mill-Konvenzjoni u bħala persuni li ma humiex esklużi mill-applikazzjoni tagħha, b’differenza mill-persunal amministrattiv u anċillari? |
(2) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 1: L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll il-legalità ta’ att li jikkawża preġudizzju li jkun ibbażat fuq il-Konvenzjoni jew fuq ir-regoli adottati skont din il-konvenzjoni, u li jkun adottat fir-rigward tal-għalliema mid-direttur ta’ Skola fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu? |
(3) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 2: L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konklużjoni ta’ ftehim bejn id-direttur ta’ Skola Ewropea u għalliem, dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-għalliem, tikkostitwixxi att adottat mid-direttur fir-rigward tal-għalliem li jikkawża preġudizzju lil dan tal-aħħar? |
(4) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta negattiva għad-domandi 2 jew 3: L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Bord tal-Ilmenti hemm imsemmi għandu ġurisdizzjoni esklużiva fl-ewwel u fl-aħħar istanza sabiex jiddeċiedi, wara l-eżawriment tar-rimedji amministrattivi, dwar it-tilwim li jikkonċerna l-limitazzjoni tat-tul ta’ kuntratt ta’ xogħol li d-direttur ta’ Skola jikkonkludi ma’ għalliem f’sitwazzjoni fejn dan il-ftehim ikun essenzjalment ibbażat fuq il-kriterju stabbilit mill-Kunsill Superjuri msemmi fil-punt 1.3 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-għalliema tal-Iskejjel Ewropej irreklutati wara l-31 ta’ Awwissu 1994, li jipprevedi kuntratti ta’ xogħol annwali? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16.