Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0432

    Kawża C-432/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil- 31 ta’ Lulju 2013 — Casa Județeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs

    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Casa Județeană de Pensii Cluj vs Attila Balazs

    (Kawża C-432/13)

    2013/C 298/06

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Casa Județeană de Pensii Cluj

    Konvenut: Attila Balazs

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, ftehim li permezz tiegħu dawn l-Istati ftiehmu dwar l-estinzjoni tal-obbligu dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li ġew rimpatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma f’daqqa għall-ħlas tal-pensjonijiet u għall-kopertura tal-perijodu li matulu tħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-ewwel Stat Membru, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


    Top