Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0255

    Kawża C-255/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit- 13 ta’ Mejju 2013 — Peter Flood vs Health Service Executive

    ĠU C 189, 29.6.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-13 ta’ Mejju 2013 — Peter Flood vs Health Service Executive

    (Kawża C-255/13)

    2013/C 189/27

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Ireland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Peter Flood

    Konvenuta: Health Service Executive

    Domandi preliminari

    Persuna assigurata li hija ċittadina ta’ Stat Membru (‘l-ewwel Stat Membru’) u li ilha marida serjament għal dawn l-aħħar ħdax-il sena minħabba kundizzjoni medika serja li mmanifestat ruħha għall-ewwel darba waqt li din il-persuna kienet tirrisjedi fl-ewwel Stat Membru iżda kienet qiegħda vaganza fi Stat Membru ieħor (“it-tieni Stat Membru”), għandha titqies li “tissoġġorna” f’dan it-tieni Stat Membru matul dan il-perijodu għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) jew tal-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), meta hija kienet effettivament imġiegħla tibqa’ fiżikament f’dan l-Istat Membru matul dan il-perijodu minħabba l-kundizzjoni medika serja tagħha u minħabba l-vantaġġ li kien hemm kura medika speċjalizzata fil-viċinanzi?


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


    Top