This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0217
Case C-217/13: Request for a preliminary ruling from the Bundespatentgericht (Germany) lodged on 24 April 2013 — Oberbank AG v Deutscher Sparkassen- und Giroverband e.V.
Kawża C-217/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ April 2013 — Oberbank AG vs Deutscher Sparkassen- und Giroverband e.V.
Kawża C-217/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ April 2013 — Oberbank AG vs Deutscher Sparkassen- und Giroverband e.V.
ĠU C 189, 29.6.2013, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2013 — Oberbank AG vs Deutscher Sparkassen- und Giroverband e.V.
(Kawża C-217/13)
2013/C 189/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oberbank AG
Konvenut: Deutscher Sparkassen- und Giroverband e.V.
Parti oħra fil-proċedura: Deutsches Patent- und Markenamt
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva (1) jipprekludi interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, fis-sens li sondaġġ tal-konsumaturi dwar trade mark ta’ kulur astratta (hawnhekk: Aħmar HKS 13), li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha għal servizzi finanzjarji, għandu jindika livell ta’ assoċjazzjoni aġġustat ta’ mill-inqas 70 % sabiex ikun jista’ jitqies li t-trade mark kisbet karattru distintiv permezz tal-użu? |
(2) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ ta’ trade mark li fir-rigward tagħha tintalab dikjarazzjoni ta’ nullità, id-data tal-applikazzjoni (u mhux id-data tar-reġistrazzjoni) hija rilevanti anki fil-każ li l-proprjetarju jsostni, fid-difiża tiegħu, li t-trade mark f’kull każ kisbet, iktar minn tliet snin wara li saret l-applikazzjoni għaliha iżda qabel ma ġiet irreġistrata, karattru distintiv permezz tal-użu? |
(3) |
Fil-każ li d-data tal-applikazzjoni hija wkoll rilevanti taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq: It-trade mark għandha tiġi ddikjarata nulla meta ma huwiex u ma għadux possibbli li jiġi stabbilit jekk hija kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu fid-data li fiha saret l-applikazzjoni għaliha jew inkella t-trade mark tista’ tiġi ddikjarata nulla biss jekk dak li jitlob id-dikjarazzjoni ta’ nullità jipprova li hija ma kinitx kisbet karattru distintiv permezz tal-użu fid-data li saret l-applikazzjoni għaliha? |
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).