Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0154

    Kawża C-154/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 27 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën, il-parti l-oħra, X BV

    ĠU C 178, 22.6.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 178/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën, il-parti l-oħra, X BV

    (Kawża C-154/13)

    2013/C 178/05

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: X BV

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni tal-VAT prevista fih ma tapplikax għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ snien foloz? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, il-benefiċċju tal-eżenzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li s-snien foloz jiġu pprovduti minn pajjiż barrani minn dentist jew minn dentist-tekniku jew għall-kundizzjoni li jiġu kkunsinnati lil dentist jew lil dentist-tekniku jew huwa suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet flimkien?

    (2)

    Jekk l-eżenzjoni tal-VAT prevista fl-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (indipendentement minn jekk tkunx ingħatat skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda) tkun tapplika għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ snien foloz, fil-pajjiżi li, bħall-Pajjiżi l-Baxxi, ikunu kkonformaw ruħhom mal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132 tad-Direttiva tal-VAT tal-2006, l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-akkwist intra-Komnitarju ta’ snien foloz li joriġinaw minn Stat Membru li jkun ibbenefika minn sistema derogatorja u tranżitorja tal-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-VAT tal-2006?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


    Top