Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0152

Kawża C-152/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis- 26 ta’ Marzu 2013 — Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster

ĠU C 189, 29.6.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Marzu 2013 — Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Münster

(Kawża C-152/13)

2013/C 189/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holger Forstmann Transporte GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Münster

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ manifattur fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll garaxxijiet speċjalizzati jew ir-rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur tal-vetturi meta, fil-kuntest tal-proċess tal-manifattura tal-vettura bil-mutur ikunu inkorporaw it-tank tal-karburant u meta, minħabba raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi, il-proċess tal-manifattura jitwettaq minn diversi impriża indipendenti?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: f’dawn il-każijiet, kif għandu jiġi interpretat l-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, meta jkollu jiġi applikat għal vetturi bil-mutur “ta’ l-istess tip”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


Top