EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0035

Kawża C-35/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fl- 24 ta’ Jannar 2013 — ASS.I.CA. u Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino” et

ĠU C 86, 23.3.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2013 — ASS.I.CA. u Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino” et

(Kawża C-35/13)

2013/C 86/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ASS.I.CA. — Associazione Industriali delle Carni, Krafts Foods Italia SpA

Konvenuta: Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino”et

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2081/92 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi li assoċjazzjoni ta’ produtturi tista’ tipprevalixxi ruħha mid-dritt esklużiv li tuża, fi ħdan iż-żona Komunitarja, denominazzjoni ta’ oriġini ġeografika wżata fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex isir riferiment għal tip speċifiku ta’ salami, mingħajr ma tkun kisbet preliminarjament minn tali Stat Membru, att ġuridikament vinkolanti, li fih ikunu stabbiliti l-konfini taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, ir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet eventwali li l-produtturi għandhom jissodisfaw sabiex jibbenefikaw mid-dritt li jużaw id-denominazzjoni inkwistjoni?

(2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Komunitarju Nru 2081/92, liema reġim għandu japplika fis-suq Komunitarju u, barra minn hekk, fis-suq ta’ Stat Membru, fir-rigward ta’ denominazzjoni ġeografika li ma tkunx ġiet irreġistrata kif previst f’dan ir-regolament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4).


Top