Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0601

    Kawża C-601/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs Nersant – Associação Empresarial da Região de Santarém, Núcleo Inicial – Formação e Consultoria Lda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Żvolġiment tal-proċedura — Kriterju ta’ għoti tal-kuntratti — Kwalifiki tal-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti)

    ĠU C 171, 26.5.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs Nersant – Associação Empresarial da Região de Santarém, Núcleo Inicial – Formação e Consultoria Lda

    (Kawża C-601/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Żvolġiment tal-proċedura - Kriterju ta’ għoti tal-kuntratti - Kwalifiki tal-persunal assenjat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti))

    (2015/C 171/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA

    Konvenuti: Nersant – Associação Empresarial da Região de Santarém, Núcleo Inicial – Formação e Consultoria Lda

    Dispożittiv

    Għall-għoti ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsulenza, l-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] ma jipprekludix l-istabbiliment mill-awtorità kontraenti ta’ kriterju li jippermetti l-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ timijiet konkretament proposti mill-offerenti għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, kriterju li jieħu inkunsiderazzjoni l-kostituzzjoni tat-tim, kif ukoll l-esperjenza u l-kurrikulu tal-membri tiegħu.


    (1)  ĠU C 39, 08.02.2014


    Top