Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0539

    Kawża C-539/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – Ir-Renju Unit) – Merck Canada Inc., Merck Sharp & Dohme Ltd vs Sigma Pharmaceuticals plc “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Att ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003 — Anness IV — Kapitolu 2 — Mekkaniżmu speċifiku — Obbligu ta’ notifika minn qabel”

    ĠU C 118, 13.4.2015, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – Ir-Renju Unit) – Merck Canada Inc., Merck Sharp & Dohme Ltd vs Sigma Pharmaceuticals plc

    (Kawża C-539/13) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Att ta’ Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-2003 - Anness IV - Kapitolu 2 - Mekkaniżmu speċifiku - Obbligu ta’ notifika minn qabel”)

    (2015/C 118/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Merck Canada Inc., Merck Sharp & Dohme Ltd

    Konvenuta: Sigma Pharmaceuticals plc

    Dispożittiv

    1)

    It-tieni paragrafu tal-Mekkaniżmu Speċifiku previst fil-Kapitolu 2 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar Repubblika Ċeka, tar Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx lill-proprjetarju ta’ privattiva jew ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, jew lill-benefiċjarju tiegħu, li jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li joġġezzjona għal importazzjoni proposta qabel jinvoka d-drittijiet tiegħu skont l-ewwel paragrafu ta’ dan il-mekkaniżmu. Madankollu, jekk dan il-proprjetarju jew il-benefiċjarju tiegħu jastjeni milli juri tali intenzjoni matul dan it-terminu ta’ stennija ta’ xahar previst fit-tieni paragrafu tal-imsemmi mekkaniżmu, il-persuna li tipproponi li timporta l-prodott mediċinali tista’ leġittimament tapplika mal-awtoritajiet kompetenti għall-awtorizzazzjoni sabiex timporta dan il-prodott u, skont il-każ, timportah u tikkummerċjalizzah. L-imsemmi mekkaniżmu speċifiku jipprekludi għalhekk lill-proprjetarju jew lill-benefiċjarju tiegħu mill-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet tiegħu skont l-ewwel paragrafu ta’ dan il-mekkaniżmu fir-rigward tal-importazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali mwettqa qabel tkun intweriet din l-intenzjoni.

    2)

    It-tieni paragrafu tal-imsemmi mekkaniżmu speċifiku għandu jiġi interpretat fis-sens li n-notifika għandha tiġi indirizzata lill-proprjetarju tal-privattiva jew taċ-ĊPS, jew lill-benefiċjarju tiegħu, peress li dan il-kunċett jindika kull persuna li għandha legalment drittijiet mogħtija lill-proprjetarju tal-privattiva jew taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari.

    3)

    It-tieni paragrafu ta’ dan il-mekkaniżmu speċifiku għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx lill-persuna li għandha l-intenzjoni li timporta jew li tikkummerċjalizza l-prodott mediċinali kkonċernat li tagħmel hija stess in-notifika, sakemm din in-notifika tippermetti li din il-persuna tiġi identifikata b’mod ċar.


    (1)  ĠU C 9, 11.01.2014


    Top