Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0084

    Kawża C-84/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat- 3 ta’ Lulju 2014 – Electrabel SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Kundanna għall-ħlas ta’ multa — Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 — Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi — Artikolu 14(3) — Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-ksur — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi — Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 – Electrabel SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-84/13 P) (1)

    ((Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Kundanna għall-ħlas ta’ multa - Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 - Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi - Artikolu 14(3) - Kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tal-ksur - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-liġi - Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Obbligu ta’ motivazzjoni))

    2014/C 292/07

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Electrabel SA (rappreżentanti: M. Pittie u P. Honoré, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, V. Di Bucci u A. Bouquet, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Electrabel SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 129, 04.05.2013.


    Top