Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0511

    Kawża T-511/12: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Novembru 2012 — Refrigue-confecções para o frio vs UASI — Fronsac SW u Sixty International (Refrigue for cold)

    ĠU C 38, 9.2.2013, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/25


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2012 — Refrigue-confecções para o frio vs UASI — Fronsac SW u Sixty International (Refrigue for cold)

    (Kawża T-511/12)

    2013/C 38/45

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Refrigue-confecções para o frio, Lda (Pinhal Novo, il-Portugall) (rappreżentanti: C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fronsac SW u Sixty International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Awwissu 2012 fil-Każ R 2353/2010-2, fil-parti fejn huwa laqa’ l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni Refrigue for Cold għall-prodotti kollha kkontestati fil-klassijiet 18 u 25;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Refrigue for cold”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 486 725

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Fronsac SW u Sixty International SA

    Trade mark jew sinjal invokat: It-trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi li jinkludu l-element verbali “RefrigiWear” u t-trade mark nazzjonali figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “This RefrigiWear”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

    Motivi invokati:

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

    Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

    Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009


    Top