EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0282

Kawża T-282/12: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Ġunju 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Sohawon (FREE YOUR STYLE.)

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/25


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Sohawon (FREE YOUR STYLE.)

(Kawża T-282/12)

2012/C 258/46

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadia Mariam Sohawon (Londra, Ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ April 2012, fil-Każ R 1825/2010-4, li tiddikjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-appell quddiem l-UASI kellu jintlaqa’ għas-servizzi segwenti li jaqgħu fil-klassi 35: servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, servizzi ta’ bejgħ bl-ingrossa, servizzi ta’ bejgħ bil-korrispondenza u servizzi elettroniċi ta’ bejgħ bl-imnut kollha marbuta mal-ħwejjeġ, żraben u kpiepel u li kellha tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tawtorizza kompletament ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 396 468“FREE YOUR STYLE” (mħallta);

tikkundanna għall-ispejjeż il-parti jew partijiet li jopponu għal dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Nadia Mariam Sohawon

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “FREE YOUR STYLE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 396 468

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja u Spanjola “FREE YOUR STYLE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top