Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0506

    Kawża T-506/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Cullado Martorell vs Il-Kummissjoni (“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva ta’ ġuristi lingwisti bil-lingwa Spanjola — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li tikkonferma li l-appellanti ma għaddietx mill-aħħar eżami bil-miktub u li tiċħad l-ammissjoni tagħha għall-eżami orali — Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rifjut ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti — Aċċess għad-dokumenti”)

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Cullado Martorell vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-506/12 P) (1)

    ((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva ta’ ġuristi lingwisti bil-lingwa Spanjola - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li tikkonferma li l-appellanti ma għaddietx mill-aħħar eżami bil-miktub u li tiċħad l-ammissjoni tagħha għall-eżami orali - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rifjut ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti - Aċċess għad-dokumenti”))

    (2016/C 027/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Eva Cuallado Martorell (Valence, Spanja) (rappreżentanti: C. Pinto Cañón, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), hija annullata sa fejn din tiddikjara r-rikors inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-ammissjoni tal-appellanti għall-eżami orali u, konsegwentement, l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ riżerva.

    2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    3)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    4)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


    Top