EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0425

Kawża T-425/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Lulju 2014 – Sport Eybl & Sports Experts vs UASI – Elite Licensing (e) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva e — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti e — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sport Eybl & Sports Experts vs UASI – Elite Licensing (e)

(Kawża T-425/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva e - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti e - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 292/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Gumpoldsberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 881/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Elite Licensing Company SA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sport Eybl & Sports Experts GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


Top