EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0309

Kawża T-309/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji — Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Neċessità tal-għajnuna — Sussidjarjetà — Aspettativi leġittimi — Ċertezza legali — Proporzjonalità” )

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji - Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Neċessità tal-għajnuna - Sussidjarjetà - Aspettativi leġittimi - Ċertezza legali - Proporzjonalità”))

2014/C 292/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Selm, il-Ġermanja); SecAnim GmbH (Lünen, il-Ġermanja); u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) (Selm) (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Johann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Saria Bio-Industries AG & Co. KG, SecAnim GmbH u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali.

4)

Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 273, 8.9.2012.


Top