Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0057

    Kawża T-57/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )

    ĠU C 304, 19.10.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

    (Kawża T-57/12) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

    2013/C 304/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)

    Suġġett

    Talba intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u […] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri jew dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Għandhom jiġu annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Good Luck Shipping LLC:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u […] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

    (2)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 għandhom jinżammu f’dak li jirrigwarda lil Good Luck Shipping sakemm isir effettiv l-annullament tar-Regolament Nru 267/2012.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping.


    (1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


    Top