Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0048

    Kawża T-48/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk — Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula — Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor — Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid — Terminu — Sospensjoni tal-proċedura — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament” )

    ĠU C 292, 1.9.2014, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 292/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament

    (Kawża T-48/12) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula - Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor - Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid - Terminu - Sospensjoni tal-proċedura - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament”))

    2014/C 292/39

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Euroscript – Polska Sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011, li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), u, sussidjarjament, talba għall-annullament ta’ din is-sejħa għal offerti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011 li Euroscript – Polska Sp. z o.o. tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), hija annullata.

    2)

    Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


    Top