Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0097

Kawża F-97/12: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/12)

2012/C 355/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tirreklutax lir-rikorrent wara r-riżultat pożittiv tiegħu fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-EPA u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea li li tirrekluta lir-rikorrent billi taħtru u tassenjah bħala uffiċjal fil-pożizzjoni vakanti COM/2011/218;

jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-5 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad parzjalment l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li tirrekluta r-rikorrent bħala uffiċjal;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkostitwixxi mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 14 911,07, minbarra l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni mix-xahar ta’ Ottubru 2011,

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 2 500 għad-dannu materjali u morali kkawżat, bla ħsara għal possibbiltà li din is-somma tiżdied jew titnaqqas matul l-iżvolġiment tal-istanza, dawn is-somom għandhom jiżdiedu bl-interessi għad-dewmien, ikkalkolati mid-data ta’ skadenza tas-somom dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top