EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0036

Kawża F-36/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs BEI

ĠU C 184, 23.6.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs BEI

(Kawża F-36/12)

2012/C 184/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent għal kumpens għad-danni subiti minnha minħabba l-allegata amministrazzjoni skorretta tal-konvenut.

Talbiet tar-rikorrent

jikkunanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrent li jirriżultaw mill-illegalità tal-amministrazzjoni skorretta attribwibbli lill-BEI, b’tali mod li l-kumpens għandu jiżdied bl-interessi moratorji:

fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tagħha ta’ premura u ta’ protezzjoni: EUR 114 100;

fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-regolament: EUR 10 000;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


Top