This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0003
Case F-3/12: Action brought on 4 January 2012 — ZZ v Commission
Kawża F-3/12: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-3/12: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 65, 3.3.2012, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/27 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/12)
2012/C 65/54
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura għar-rikonoxximent tal-gravità tal-marda li kien isofri minnha.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tat-23 ta’ Novembru 2010 li r-rikorrent ressaq quddiem l-Awtorità tal-Ħatra; |
— |
jannulla n-nota bir-referenza HR.D.2/MB/ls/Ares(2011) 74616, bid-data tal-24 ta’ Jannar 2011, li r-rikorrent irċieva personalment fit-3 ta’ Marzu 2011 u li persuna li kellha l-fiduċja tiegħu rċeviet f’data li ma kinitx qabel il-25 ta’ Frar 2011; |
— |
sa fejn ikun opportun, jannulla l-att, irrispettivament mill-forma tiegħu, li permezz tiegħu l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tal-20 ta’ Mejju 2011 imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tat-23 ta’ Novembru 2010 u intiż sabiex tiġi annullata din id-deċiżjoni ta’ ċaħda kif ukoll sabiex tintlaqa’ t-talba tat-23 ta’ Novembru 2010, liema lment tal-20 ta’ Mejju 2011 tressaq mir-rikorrent quddiem l-Awtorità tal-Ħatra; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jikkonstata li l-proċedura intiża sabiex tiġi indirizzata t-talba tal-25 ta’ Novembru 2002 imressqa mir-rikorrent quddiem il-KE ħadet iktar minn ħames snin; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jiddikjara li t-tul tal-proċedura msemmija kien, saħansitra fid-data meta tressqet it-talba tat-23 ta’ Novembru 2010, mar lil hinn minn tul raġonevoli u li, minn tal-inqas għal din ir-raġuni, kien wieħed eċċessiv u illegali; |
— |
minħabba f’hekk, jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa d-dannu, ta’ natura materjali u mhux materjali, li r-rikorrent ġarrab b’mod inġust sad-data tat-talba tat-23 ta’ Novembru 2010, b’konsegwenza tat-tul irraġonevoli, eċċessiv u illegali tal-proċedura msemmija, u dan billi tagħtih is-somma ta’ EUR 10 000 jew inkella kwalunkwe somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal jikkunsidra ġusta u ekwa; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrent, b’effett mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha t-talba tat-23 ta’ Novembru 2010 wasslet għand il-Kummissjoni u sal-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000, interessi fuq din is-somma, b’kapitalizzazzjoni annwali, bir-rata ta’ 10 % fis-sena jew inkella bir-rata li t-Tribunal jikkunsidra ġusta u ekwa; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |