EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0433

Kawża C-433/12 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit- 3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/13


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża C-433/12 P)

2012/C 355/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12;

prinċipalment: tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-proċeduri sostnuti mill-appellant fl-ewwel istanza tal-kawża kif ukoll fl-appell u tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr l-ebda eċċezzjoni t-talbiet magħmula mir-rikorrent fil-korp tal-att promotur fl-ewwel istanza;

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet appellat huwa evidentement vvizzjat b’nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, kif ukoll bl-assenza ta’ natura raġonevoli, u ta’ loġika u bi żnaturament tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kklassifikat diversi ittri mibgħuta mill-appellant lill-Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala talbiet għal eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 256(2) TFUE.


Top