Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0469

    Kawża C-469/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal- 14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Konvenzjoni ta’ Brussell — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(1)(b) — Ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni speċjali — Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt — Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi”  — Kuntratt ta’ ħażna)

    ĠU C 102, 7.4.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH

    (Kawża C-469/12) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Konvenzjoni ta’ Brussell - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1)(b) - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kuntratt ta’ ħażna))

    2014/C 102/02

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Handelsgericht Wien

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH

    Konvenuta: Olbrich Transport und Logistik GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Handelsgericht Wien – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni speċjali – Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi – Kuntratt ta’ ħażna

    Dispożittiv

    It-tieni inċiż tal- 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt dwar il-ħażna ta’ merkanzija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi kuntratt “ta’ provista ta’ servizzi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013


    Top