Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0313

Kawża C-313/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — l-Italja) — Giuseppa Romeo vs Regione Siciliana (Proċedura amministrattiva nazzjonali — Sitwazzjoni purament interna — Atti amministrattivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Possibbiltà li jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikoli 296 TFUE u 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 9, 11.1.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — l-Italja) — Giuseppa Romeo vs Regione Siciliana

(Kawża C-313/12) (1)

(Proċedura amministrattiva nazzjonali - Sitwazzjoni purament interna - Atti amministrattivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà li jiġi rrimedjat in-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv - Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikoli 296 TFUE u 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 9/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giuseppa Romeo

Konvenuta: Regione Siciliana

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte dei Conti (Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-amministrazzjoni pubblika, li ma timmotivax l-atti tagħha f’ċerti ċirkustanzi jew li tirrimedja n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ att amministrattiv matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra l-imsemmi att — Dritt nazzjonali li jirreferi għad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu rregolati sitwazzjonijiet purament interni — Possibbiltà, għall-qorti nazzjonali, li tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt nazzjonali b’mod differenti mill-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja

Dispożittiv

(1)

L-ewwel domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012, hija inammissibbli.

(2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi t-tieni u t-tielet domanda magħmula mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana, permezz tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2012.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


Top