This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0170
Case C-170/12: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 3 October 2013 (request for a preliminary ruling from the Cour de cassation — France) — Peter Pinckney v KDG Mediatech AG (Regulation (EC) No 44/2001 — Jurisdiction — Matters relating to tort, delict and quasi-delict — Copyright — Material support reproducing a protected work — Placing on line — Determination of the place where the harmful event occurred)
Kawża C-170/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt — Drittijiet tal-awtur — Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett — Tpoġġija fuq l-internet — Determinazzjoni tal-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu)
Kawża C-170/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt — Drittijiet tal-awtur — Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett — Tpoġġija fuq l-internet — Determinazzjoni tal-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu)
ĠU C 344, 23.11.2013, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/27 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — Peter Pinckney vs KDG médiatech AG
(Kawża C-170/12) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni - Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt - Drittijiet tal-awtur - Mezz materjali li jirriproduċi xogħol protett - Tpoġġija fuq l-internet - Determinazzjoni tal-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu)
2013/C 344/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Pinckney
Konvenuta: KDG médiatech AG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt — Kriterji sabiex jiġi ddeterminat il-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”- Ksur tad-drittijiet tal-awtur ikkawżat mit-tpoġġija fuq l-internet tal-kontenut żmaterjalizzat jew ta’ mezz materjali li jirriproduċi dawn il-kontenuti — Kontenut destinat għall-pubbliku
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ allegat ksur għad-drittijiet tal-awtur protetti mill-Istat Membru tal-qorti adita, din għandha ġurisdizzjoni sabiex tittratta kawża dwar responsabbiltà mressqa minn l-awtur ta’ xogħol kontra kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li, f’dan l-istat, ġie riprodott l-imsemmi xogħol fuq mezz materjali li huwa sussegwentement mibjugħ minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru terz, permezz ta’ sit tal-internet aċċessibbli wkoll fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita. Din il-qorti għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru li jappartjeni lilu.