Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0339

    Kawża T-339/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/39


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża T-339/11)

    2011/C 252/88

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti li hija s-suġġett tar-rikors preżenti, u

    tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka li fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni teskludi mill-finanzjament ċerti spejjeż tal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ (li jikkorrispondu għas-snin 2006, 2007 u 2008), li jammontaw għal EUR 37 252 551,10.

    F’dan ir-rigward ir-rikorrent jiddikjara li permezz tad-Deċiżjoni 2010/152/UE, il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament akkarigu tal-FAEGG is-somma ta’ EUR 33 339 525,05, relatata mal-għajnuna għall-programmi operazzjonali, billi kkunsidrat li l-għajnuna Komunitarja intiża sabiex tkopri l-ispejjeż sostnuti għall-ġestjoni ambjentali tal-imballaġ matul is-snini ta’ bejn l-2003 u l-2006 ma kinitx ingħatat skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni kienet is-suġġett ta’ rikors għal annullament ippreżentat mir-Renju ta’ Spanja, rikors li huwa attwalment pendenti fil-Kawża T-230/10.

    L-argumenti mressqa insostenn ta’ dan ir-rikors huma identiċi għal dawk imressqa fil-Kawża T-230/10.


    Top