Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0336

    Kawża T-336/11: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ġunju 2011 — Italiana Calzature vs UASI — Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN)

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/38


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2011 — Italiana Calzature vs UASI — Vicini (Giuseppe GIUSEPPE ZANOTTI DESIGN)

    (Kawża T-336/11)

    2011/C 252/85

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Società Italiana Calzature SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Rapisardi u C. Ginevra, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vicini SpA (San Mauro Pascoli, l-Italja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-8 ta’ April 2008 fil-proċedimeny Nru R 0634/2010-2 u għaldaqstant, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni tal-5 ta’ Marzu 2010 dwar l-oppożizzjoni Nru 1350711

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: VICINI S.p.a.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GIUSEPPE” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 513 386), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja verbali “ZANOTTI” (Nru 244 277), għal prodotti fil-klassi 25, u trade mark figurattiva Taljana li tinkludi l-element verbali “Zanotti”, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Motivi invokati: interpretazzjoni u applikazzjoni inkorretti tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top