Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0368

    Kawża T-368/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 1 ta’ Frar 2013 — Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/16


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-368/11 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2013/C 86/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Travetanche Injection SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, avukat)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12), sa fejn huwa kkonċernat l-Anness XVII (akrillamid).

    Dispożittiv

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.


    Top