Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0357

Kawża T-357/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Diċembru 2012 — Bimbo vs UASI — Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GRUPO BIMBO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Trade mark li għandha reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 38, 9.2.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2012 — Bimbo vs UASI — Grupo Bimbo (GRUPO BIMBO)

(Kawża T-357/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GRUPO BIMBO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIMBO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Trade mark li għandha reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 38/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV.

Dispożittiv

(1)

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2011, (Każ R 1272/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bimbo, SA u Grupo Bimbo, SAB de CV, huma annullati.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


Top