Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0197

    Kawża T-197/11 P u T-198/11 P P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Strack ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Aċċess għad-dokumenti — Artikoli 26 u 26a tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Artikolu 90(a) Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja” )

    ĠU C 38, 9.2.2013, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni vs Strack

    (Kawża T-197/11 P u T-198/11 P P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Aċċess għad-dokumenti - Artikoli 26 u 26a tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 90(a) Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

    2013/C 38/32

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u B. Eggers, aġenti)

    Appellat: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

    Suġġett

    Żewġ appelli mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-20 ta’ Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-121/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-197/1 P u T-198/11 P ingħaqdu għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

    (2)

    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-121/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata peress li l-imsemmi Tribunal huwa kkunsidrat kompetenti biex jisma’ rikors għall-annullament kontra deċiżjoni meħuda skont ir-Regolament Nru 1049/2001.

    (3)

    L-appell fil-Kawża T-198/11 P huwa miċħud.

    (4)

    Guido Strack għandu jbati, l-ispejjeż tiegħu fil-Kawżi T-197/11 P u T-198/11 P kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-198/11 P.

    (5)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-197/11 P.

    (6)

    G. Strack huwa kkundannat iħallas lill-Qorti Ġenerali somma ta’ EUR 2 000 bħala rimbors ta’ parti mill-ispejjeż sostnuti minnha.


    (1)  ĠU C 186, 25.6.2011.


    Top