Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0101

    Kawża T-101/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Mejju 2012 — Mizuno vs UASI — Golfino (G) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti G + — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 184, 23.6.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2012 — Mizuno vs UASI — Golfino (G)

    (Kawża T-101/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti G+ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 184/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mizuno KK (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Raab u H.R. Lauf, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea u sussegwentement D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Golfino AG (Glinde, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 821/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Golfino AG u Mizuno KK.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Mizuno KK hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


    Top