EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0059

Kawża T-59/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Lulju 2014 – Isotis vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002-2006) — Kuntratti Access-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, Emerge, Enable, Ask-It — Programm eTEN, dwar in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej — Kuntratti Navigabile u Euridice — Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività — Kuntratt T-Seniority — Ħlas tal-bilanċ — Kontrotalba — Rimbors tas-somom antiċipati — Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa)

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Isotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/11) (1)

((Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002-2006) - Kuntratti Access-eGOV, EU4ALL, eABILITIES, Emerge, Enable, Ask-It - Programm eTEN, dwar in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej - Kuntratti Navigabile u Euridice - Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività - Kuntratt T-Seniority - Ħlas tal-bilanċ - Kontrotalba - Rimbors tas-somom antiċipati - Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa))

2014/C 292/33

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u V. Savov, aġenti, assistiti minn S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talbiet, ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, minn naħa, l-ewwel nett, sabiex tiġi ddikjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni intiża għar-rimbors tas-sussidji mogħtija lir-rikorrenti abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”, Nru 0 29  255“NavigAbile: e-inclusion for communication disabilities”, Nru 5 17  506“European Recommended Materials for Distance Learning Courses for Educators” u Nru 2 24  988“T-Seniority: Expanding the benefits of information society to older people through digital TV channels”, konklużi bejn il-Komunità Ewropea u r-rikorrenti, u t-tieni nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidji skont il-kuntratti Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users” u Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning” kif ukoll, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi kkundannata għar-rimbors tas-sussidji indebitament mogħtija fil-kuntest ta’ dawn il-kuntratti kollha u tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors ippreżentat minn Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis huwa miċħud.

2)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 9 99  213.45, miżjuda bl-interessi li jibdew jiddekorru mill-15 ta’ Ġunju 2011, skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) miżjuda bi 3,5 punti, li tikkorrispondi għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li bbenefikat minnhom, abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”, Nru 0 29  255“NavigAbile: e-inclusion for communication disabilities”, Nru 5 17  506“European Recommended Materials for Distance Learning Courses for Educators” u Nru 2 24  988“T-Seniority: Expanding the benefits of information society to older people through digital TV channels”.

3)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 70  471,47, miżjuda bl-interessi skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) miżjuda bi 3,5 punti li jibdew jiddekorru mill-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkorrispondi għall-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa dovuta abbażi tal-kuntratti Nru 0 27  020“Access to e-Government Services Employing Semantic Technologies”, Nru 0 35  242“A virtual platform to enhance and organize the coordination among centres for accessibility ressources and support”, Nru 5 11  298“Ambient Intelligence System of Agents for Knowledge-based and Integrated Services for Mobility Impaired Users”, Nru 0 34  778“European Unified Approach for Accessible Lifelong Learning”, Nru 0 45  056“Emergency Monitoring and Prevention”, Nru 0 45  563“A wearable system supporting services to enable elderly people to live well, independently and at ease”.

4)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011


Top