Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0134

    Kawża F-134/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2011 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 3.3.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/23


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-134/11)

    2012/C 65/44

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment aċċettata mir-rikorrenti u wara l-iskadenza ta’ terminu raġonevoli biex jibbenefikaw mill-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet għal pensjoni tagħhom.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2011 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti intiża sabiex ikollhom l-elementi kollha rilevanti biex jiddiċiedu, jekk neċessarju, li jitrasferixxu id-drittijiet għal pensjoni tagħhom;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 500 għal kull xahar ta’ dewmien fit-trasmissjoni ta’ offerta, debita, ta’ trasferimenti tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti u dan, mill-jum li fih il-PMO ddeċieda li jirtira l-offerta aċċettata mir-rikorrenti u l-fondi tal-pensjoni, jiġifieri fil-25 ta’ Jannar għall-ewwel rikorrent u fil-5 ta’ Frar għat-tieni rikorrent, jew mill-inqas, miċ-ċaħda, fid-9 ta’ Marzu 2011, tat-talba għal assistenza tagħhom;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top