EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0130

Kawża F-130/11: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Diċembru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 65, 3.3.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/22


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-130/11)

2012/C 65/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkolata mill-ġdid tal-PMO.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jannullaw u jissostitwixxu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li tikkonċerna proposta ġdida kkalkolata abbażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top