Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FB0144

    Kawża F-144/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 24 ta’ Ġunju 2013 — Mateo Pérez vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Talba għall-annullament ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni — Rettifika li ma tistabbilixxix kundizzjonijiet li jeskludu lir-rikorrent — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżaminajiet ta’ evalwazzjoni — Ammissibbiltà — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Inammissibbiltà manifesta)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 31–31 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/50


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2013 — Mateo Pérez vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-144/11) (1)

    (Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Talba għall-annullament ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni - Rettifika li ma tistabbilixxix kundizzjonijiet li jeskludu lir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżaminajiet ta’ evalwazzjoni - Ammissibbiltà - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)

    2013/C 252/92

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Mateo Pérez (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: I. Ruiz García, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, bħala aġenti)

    Suġġett

    Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet tal-għażla wara l-pubblikazzjoni ta’ rettifika tal-avviż ta’ kompetizzjoni li tannulla n-nota eliminatorja għall-eżami (d) ta’ kompetenzi professjonali.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Mateo Pérez mill-14 ta’ Marzu 2012, jiġifieri d-data tal-preżentata tar-risposta.

    (3)

    Mateo Pérez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu ta’ qabel l-14 ta’ Marzu 2012.


    (1)  ĠU C 65, 03.03.2012, p.27.


    Top