Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FB0108

Kawża F-108/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ April 2012 — Oprea vs Il-Kummissjoni ( “Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni — Proċedura prekontenzjuża — Żvolġiment irregolari — Inammissibbiltà manifesta” )

ĠU C 184, 23.6.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/21


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2012 — Oprea vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/11) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Żvolġiment irregolari - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 184/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Valentin Oprea (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/198/10 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-kompetizzjoni msemmija minħabba allegat nuqqas ta’ esperjenzi professjonali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

V. Oprea għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 25, 28.01.12, p. 69.


Top