Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0078

    Kawża F-78/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova — Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova — Proċedura dixxiplinari)

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 29–29 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/43


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BM vs BĊE

    (Kawża F-78/11) (1)

    (Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Estensjoni retroattiva tal-perijodu ta’ prova - Deċiżjoni li jiġi tterminat kuntratt matul il-perijodu ta’ prova - Proċedura dixxiplinari)

    2013/C 252/71

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: BM (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, sussegwentement minn M. López Torres u E. Carlini, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent matul il-perijodu ta’ prova minħabba nuqqas dixxiplinari ssanzjonat bi twissija.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-20 ta’ Mejju 2011, li jiġi tterminat l-kuntratt ta’ BM fil-31 ta’ Ottubru 2011, hija annullata.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BM.


    (1)  ĠU C 319, 29.10.2011, p. 30.


    Top