This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0360
Case C-360/11: Action brought on 8 July 2011 — European Commission v Kingdom of Spain
Kawża C-360/11: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
Kawża C-360/11: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/8 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-360/11)
2011/C 282/15
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Lozano Palacios, aġent)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi applika rata ta’ VAT imnaqqsa
ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 98, moqri flimkien mal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistema ta’ rata mnaqqsa prevista bil-punt 1(5) u (6) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 91 tal-liġi tal-VAT Spanjola u bil-punt 1(3) tat-tieni paragrafu tal-istess artikolu tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni awtorizzat mid-direttiva tal-VAT, peress li din tmur lil hinn mill-possibbiltajiet offerti lill-Istati Membri bil-kategoriji 3 u 4 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva. L-interpretazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli tikkontradixxi l-kliem u l-istruttura tad-direttiva, u tmur kontra l-ġurisprudenza li tgħid li l-eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali tas-sistema komuni tal-VAT għandhom jiġu interpretati b’mod strett.
(1) ĠU L 347, p. 1.