Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0304

    Kawża C-304/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis- 17 ta’ Ġunju 2011 — Rosanna Valenza vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Rosanna Valenza vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

    (Kawża C-304/11)

    2011/C 252/41

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rosanna Valenza.

    Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato.

    Domandi preliminari

    (1)

    il-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE (1), li tipprovdi li “[k]walifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [għal żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti [għal żmien indeterminat] ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, flimkien mal-klawżola 5, kif diġà interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li hija leġittima l-leġiżlazzjoni Taljana li tgħid li, fis-servizz pubbliku, hija pprojbita l-konverżjoni tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat għal kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ stabbilizzazzjoni ta’ impjegati mingħajr impjieg għal żmien determinat (Artikolu 1(519) tal-Liġi Nru 296/2006) li ppermettiet ir-reklutaġġ dirett għal żmien indeterminat ta’ ħaddiema diġà huma reklutati għal żmien determinat, permezz ta’ deroga għar-rekwiżit ta’ kompetizzjoni ġenerali, iżda li tannulla l-anzjanità akkumulata matul il-perijodu ta’ impjieg għal żmien determinat, jew, għall-kuntrarju, it-telf tal-anzjanità pprovdut mil-leġiżlatur nazzjonali jaqa’ fid-deroga “ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, fid-dawl tan-neċessità li tiġi evitata l-integrazzjoni tal-ħaddiema prekarji fil-korp permanenti, b’detriment tal-ħaddiema li huma diġà permanenti, li jkun il-każ jekk il-ħaddiema prekarji jżommu l-anzjanità akkwistata?;

    (2)

    il-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE, li tipprovdi li “[k]walifiki ta’ perjodu ta’ servizz relatati għall-kondizzjonijiet partikolari ta’ l-impjieg għandhom ikunu l-istess għal ħaddiema għal terminu fiss [għal żmien determinat] kif ukoll għal ħaddiema permanenti [għal żmien indeterminat] ħlief meta kwalifiki ta’ tul ta’ servizz differenti huma ġustifikati fuq bażi oġġettivi”, flimkien mal-klawżola 5, kif diġà interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li hija leġittima l-leġiżlazzjoni Taljana li tgħid li, fis-servizz pubbliku, hija pprojbita l-konverżjoni tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat għal kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr preġudizzju għall-akkwist ta’ tali anzjanità matul ir-relazzjoni ta’ impjieg, tipprovdi li jintemm il-kuntratt għal żmien determinat u li jsir kuntratt ġdid għal żmien indeterminat, differenti minn dak preċedenti u mingħajr ma tinżamm l-anzjanità akkwistata (l-Artikolu 1(519) tal-Liġi Nru 296/2006)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


    Top