EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0248

Kawża C-248/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit- 23 ta’ Mejju 2011 — Proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean (li qabel kienet Șchiopu), Sergiu-Dan Dascăl, Ionuț Horea Baboș

ĠU C 252, 27.8.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Cluj (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean (li qabel kienet Șchiopu), Sergiu-Dan Dascăl, Ionuț Horea Baboș

(Kawża C-248/11)

2011/C 252/26

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curte de Apel Cluj (ir-Rumanija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rareș Doralin Nilaș, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean (li qabel kienet Șchiopu), Sergiu-Dan Dascăl, Ionuț Horea Baboș

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1)(14) u l-Artikoli 9 sa 14 tad-Direttiva 2004/39/KE (1) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn japplikaw kemm għas-suq prinċipali ta’ kummerċ awtorizzat mill-Comisia Națională a Valorilor Mobiliare (Kummissjoni Nazzjonali tat-Titoli) kif ukoll għas-suq sekondarju ta’ kummerċ, li fl-2005 ġie inkorporata f’tal-ewwel iżda li baqa’ jitqies b’mod separat mis-suq irregolat, mingħajr man-natura ġuridika tiegħu ġiet ippreċiżata permezz ta’ dispożizzjonijiet legali?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sistemi ta’ kummerċ li ma jissodifawx ir-rekwiżiti tat-Titolu III tad-Direttiva 2004/36/KE ma jidħlux taħt il-kunċett ta’ suq irregolat?

(3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li suq li ma ġiex innotifikat mill-awtorità nazzjonali responsabbli u li ma jinsabx fil-lista tas-swieq irregolati ma huwiex suġġett għall-qafas ġuridiku li japplika għas-swieq irregolati, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna r-regoli li jissanzjonaw l-abbuż ta’ suq fil-kuntest tad-Direttiva 2003/6/KE?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263)


Top