EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0154

Kawża C-154/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid- 29 ta’ Marzu 2011 — Ahmed Mahamdia vs Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

ĠU C 173, 11.6.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2011 — Ahmed Mahamdia vs Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

(Kawża C-154/11)

2011/C 173/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ahmed Mahamdia.

Konvenuta: Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

Domandi preliminari

(1)

L-ambaxxata, li tinsab fi Stat Membru, ta’ Stat li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”) (1) hija fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor, fis-sens tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 44/2001?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda: klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni, li tkun saret wara li tkun qamet il-kwistjoni, tista’ tkun il-bażi ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti li tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 meta din il-klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni telimina l-ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 44/2001?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


Top