Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0395

    Kawża C-395/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH vs Finanzamt Lüdenscheid (Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Deċiżjoni 2004/290/KE — Applikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżura ta’ deroga — Awtorizzazzjoni — Artikolu 2(1) — Kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” — Interpretazzjoni — Inklużjoni tal-provvisti ta’ oġġetti — Possibbiltà li din id-deroga tiġi applikata parzjalment — Restrizzjonijiet)

    ĠU C 38, 9.2.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH vs Finanzamt Lüdenscheid

    (Kawża C-395/11) (1)

    (Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Deċiżjoni 2004/290/KE - Applikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżura ta’ deroga - Awtorizzazzjoni - Artikolu 2(1) - Kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” - Interpretazzjoni - Inklużjoni tal-provvisti ta’ oġġetti - Possibbiltà li din id-deroga tiġi applikata parzjalment - Restrizzjonijiet)

    2013/C 38/08

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH

    Konvenuta: Finanzamt Lüdenscheid

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 94, p. 59) — Dritt tal-Istat Membru awtorizzat li japplika biss parzjalment din id-deroga — Kunċett ta’ “xogħol ta’ kostruzzjoni” li tinsab f’din id-dispożizzjoni — Inklużjoni possibbli tal-provvisti ta’ beni

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “xogħlijiet ta’ kostruzzjoni” li jinsab f’din id-dispożizzjoni jinkludi, minbarra l-operazzjonijiet ikkunsidrati bħala provvisti ta’ servizzi, kif iddefiniti fl-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-20 ta’ Jannar 2004, ukoll dawk li jikkostitwixxu kunsinni ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2004/290 għandha tiġi interpretata fis-sens li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ sempliċement teżerċita l-awtorizzazzjoni mogħtija permezz ta’ din id-deċiżjoni parzjalment għal ċerti kategoriji, bħal diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, u għall-operazzjonijiet imwettqa favur ċerti riċevituri. Fl-istabbiliment ta’ dawn il-kategoriji, dan l-Istat Membru għandu josserva l-prinċipju ta’ newtralità fiskali kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, fosthom b’mod partikolari dawk ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali. Il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi legali u fattwali kollha li huma rilevanti, jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali, u tadotta, eventwalment, il-miżuri meħteġa sabiex tirrimedja l-konsegwenzi dannużi ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni li jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità jew ta’ ċertezza legali.


    (1)  ĠU C 311, 22.10.2011


    Top