This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0037
Case C-37/11: Judgment of the Court (First Chamber) of 18 October 2012 — European Commission v Czech Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Admissibility — Regulation No 1234/2007 — Article 115 — Annex XV — Point I(2) — Appendix to Annex XV — Part A — Sales designations ‘butter’ and ‘dairy spread’ — Sales designation ‘pomazánkové máslo’ (butter spread) — List of derogations)
Kawża C-37/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà — Regolament Nru 1234/2007 — Artikolu 115 — Anness XV — Punt I(2) — Appendiċi għall-Anness XV — Parti A — Deskrizzjonijiet dwar il-bejgħ “butir” u “prodott tal-ħalib tal-frix” — Deskrizzjoni dwar il-bejgħ “pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek) — Lista ta’ derogi)
Kawża C-37/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ammissibbiltà — Regolament Nru 1234/2007 — Artikolu 115 — Anness XV — Punt I(2) — Appendiċi għall-Anness XV — Parti A — Deskrizzjonijiet dwar il-bejgħ “butir” u “prodott tal-ħalib tal-frix” — Deskrizzjoni dwar il-bejgħ “pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek) — Lista ta’ derogi)
ĠU C 379, 8.12.2012, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-37/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ammissibbiltà - Regolament Nru 1234/2007 - Artikolu 115 - Anness XV - Punt I(2) - Appendiċi għall-Anness XV - Parti A - Deskrizzjonijiet dwar il-bejgħ “butir” u “prodott tal-ħalib tal-frix” - Deskrizzjoni dwar il-bejgħ “pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek) - Lista ta’ derogi)
2012/C 379/10
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Očková, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 115 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1), flimkien mal-punt 1, paragrafu 2 tal-Anness XV tal-imsemmi regolament, kif ukoll il-Parti A tal-appendiċi għal dan l-anness — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jikkorrispondi għall-isem ta’ bejgħ “prodott tal-ħalib tal-frix” taħt l-isem ta’ bejgħ “Pomazánkové máslo” (butir sabiex jiddellek)
Dispożittiv
|
(1) |
Billi awtorizzat il-bejgħ tal-pomazánkové máslo (butir sabiex jiddellek) taħt l-isem “máslo” (butir), meta dan il-prodott għandu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ inqas minn 80 % u kontenut ta’ ilma u ta’ materja niexfa mhux xaħmi rispettivament ta’ 16 % u 2 %, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi taħha taħt l-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”), moqri flimkien mal-ewwel u mat-tieni subparagrafu tal-Punt I(2) tal-Anness XV tal-imsemmi regolament kif ukoll mal-Parti A, punti 1 u 4, tal-Appendiċi għal dan l-anness. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż |