Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0444

    Kawża T-444/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Settembru 2010 — ESGE vs UASI — Kenwood Appliances Luxembourg (KMIX)

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/44


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — ESGE vs UASI — Kenwood Appliances Luxembourg (KMIX)

    (Kawża T-444/10)

    ()

    2010/C 317/78

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ESGE AG (Bussnang, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenwood Appliances Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1249/2009-2;

    timmodifika d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1249/2010-2, b’tali mod li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni tal-21 ta’ Awwissu 2008, fil-Każ B 1252958, tiġi annullata;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kenwood Appliances Luxembourg SA

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “KMIX”, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali “BAMIX”, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 40

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top