Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0425

    Kawża T-425/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Settembru 2010 — Häfele vs UASI (Mixfront)

    ĠU C 317, 20.11.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/37


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2010 — Häfele vs UASI (Mixfront)

    (Kawża T-425/10)

    ()

    2010/C 317/67

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 338/2010-1;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Mixfront” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 20.

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2007 (1), peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata hija distintiva, ma hijiex deskrittiva u ma hijiex isem li sar użanza.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top