EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0424

Kawża T-424/10: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Settembru 2010 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu bi ljunfanti)

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/36


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2010 — Dosenbach-Ochsner vs UASI — Sisma (Rappreżentazzjoni ta’ rettangolu bi ljunfanti)

(Kawża T-424/10)

()

2010/C 317/66

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dosenbach-Ochsner AG Schuhe und Sport (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sisma SpA (Mantova, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1638/2008-4.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurativa li tirrappreżenta rettangolu bi ljunfati, għal prodotti fil-klassijiet 10, 16, 21, 24 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: SISMA S.p.A.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali, li jirrappreżentaw ljunfant, u t-trade mark nazzjonali verbali “elefanten” għal prodotti fil-klassijiet 24 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade marks inkwistjoni jixxiebhu mill-aspett kunċettwali, grafiku u fonetiku u r-rikorrenti sostniet espressament li t-trade marks tagħha kisbu karattru distintiv sinjifikattiv minħabba użu intensiv jew minħabba r-reputazzjoni tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Top