This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0322
Case T-322/10: Action brought on 30 July 2010 — Clasado v Commission
Kawża T-322/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2010 — Clasado vs Il-Kummissjoni
Kawża T-322/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2010 — Clasado vs Il-Kummissjoni
ĠU C 260, 25.9.2010, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 260/25 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2010 — Clasado vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-322/10)
()
2010/C 260/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clasado Ltd. (Milton Keynes, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G.C. Facenna, Barrister, M.E. Guinness u M.C. Hann, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-partijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 (1) u Nru 384/2010 (2), tal-5 ta’ Mejju 2010, li jirrigwardaw l-istqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa ppreżentati mir-rikorrenti fir-rigward tal-BimunoBT (BGOS) Prebiotic; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament ta’ dawk il-partijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010 u Nru 384/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, fejn ġie deċiż li l-istqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa ppreżentati mir-rikorrenti fir-rigward ta’ BimunoBT (BGOS) Prebiotic, suppliment tal-ikel prebiotiku intiż sabiex isostni lis-sistema immunitarja u s-saħħa gastrointestinali fil-bnedmin, u sabiex inaqqas ir-riskju ta’ dijarea tal-vjaġġaturi, ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (3), u li għaldaqstant ma għandhomx jiġu awtorizzati.
Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tippreżenta l-motivi li ġejjin:
|
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kisret forma proċedurali essenzjali meta adottat ir-regolamenti inkwistjoni, b’mod partikolari, dik tal-possibbiltà għar-rikorrenti u għall-pubbliku sabiex jgħarrfu l-kummenti tagħhom skont l-Artikoli 16(6) u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
It-tieni nett, meta għamlet dan, il-Kummissjoni injorat b’mod żbaljat l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (4), li huwa intiż sabiex jiżgura li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel twettaq l-attivitajiet tagħha b’livell għoli ta’ trasparenza. |
|
Apparti dan, billi kkonkludiet li l-kummenti supplementarji tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel dwar ir-rikorsi tar-rikorrenti tal-4 ta’ Diċembru 2009 ma jikkostitwux opinjoni, jew parti mill-opinjoni, li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-regolamenti inkwistjoni ġew addotati fuq il-bażi ta’ żball ta’ liġi. |
|
Barra minn hekk, ir-regolamenti kkontestati tal-Kummissjoni ġew adottati bi ksur tad-dritt ta’ smigħ ta’ Clasado, taħt l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5), u l-aspettativi leġittimi tagħha. |
|
Fl-aħħar, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li huwa wieħed mill-prinċipji ġenerali komuni fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari l-obbligu tagħha bħala leġiżlatur taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 li twettaq eżami dilliġenti u indipendenti tal-materjal rilevanti kollu ppreżentat quddiemha. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 382/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, li ma jagħtix kunsens li jiġu awtorizzati ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għal tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 384/2010, tal-5 ta’ Mejju 2010, dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 113, p. 6).
(3) Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
(4) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 06, p. 463).
(5) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, p. 389).