Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0316

    Kawża T-316/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Lulju 2010 — HIM vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 274, 9.10.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 274/25


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — HIM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-316/10)

    ()

    2010/C 274/40

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Health Information Management (HIM) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara din it-talba ammissibbli u fondata u, konsegwentement,

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas s-somma ta’ EUR 11 821,35 flimkiem mal-interess moratorji bir-rata statutorja fis-seħħ fil-Belġju mis-16 ta’ Ġunju 2010;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, liema ammont ġie stabbilit provviżorjament għas-somma ta’ EUR 5 000.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz ta’ dan ir-rikors, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ, ir-rikorrenti titlob essenzjalment lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li, għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali tar-rikorrenti li għandhom jiġu sostnuti mill-Kummissjoni (fil-kuntest ta’ kuntratti konklużi taħt il-programm speċifiku eTen), jiġifieri l-parti tal-ispejjeż ġenerali li jistgħu jiġu konnessi mas-servizzi tal-persunal li jaħdem fuq il-proġett, is-subappaltaturi ma għandhomx jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti, sa fejn dawn is-subappaltaturi ma jidħlux fi spejjeż generali li jkollha ssostni r-rikorrenti. L-ispejjeż għas-subappaltaturi ma għandhomx, konsegwentement, jiġu inklużi fl-ammont totali tal-ispejjeż tal-persunal li bih l-ammont totali tal-ispejjeż ġenerali huwa diviż sabiex jinkiseb id-denominatur li għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali li huma eliġibbli.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, peress li l-ispejjeż għas-subappaltaturi ma jifformawx parti mill-ispejjeż tal-persunal eliġibbli, il-fatt li s-subappaltaturi jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti fil-kalkolu tal-ammont tal-ispejjeż totali tal-persunal li għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali eliġibbili jwassal għal inkoerenza.

    Barra minn hekk, il-fatt li s-subappaltaturi jiġu inklużi fost il-persunal tar-rikorrenti jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti, peress li dan il-metodu għandu l-effett li jżied l-ammont tad-denominatur u, konsegwentement, li jnaqqas proporzjonalment il-perċentwali tal-ispejjeż ġenerali eliġibbli.


    Top