EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0315

Kawża T-315/10: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Lulju 2010 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni

ĠU C 274, 9.10.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2010 — Groupe Partouche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/10)

()

2010/C 274/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Partouche SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-J. Sebag, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ oppożizzjoni tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2010) 3333 tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea proġett ta’ konċentrazzjoni li bih il-Française des Jeux u l-Groupe Lucien Barrière jiksbu kontroll konġunt tal-impriża Newco inkarigata mill-iżvilupp u l-operat ta’ sit tal-internet tal-powker fi Franza.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tirrinvija l-eżami tal-konċentrazzjoni inkwistjoni lir-Repubblika Franċiża, fid-dawl tal- possibbiltà li jkollha effett sinjifikattiv fuq is-sitwazzjoni kompettiva fi Franza fis-suq inkwistjoni.


Top