Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0223

Kawża T-223/10: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Mejju 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2010 — Regione Puglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/10)

(2010/C 179/95)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Regione Puglia (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: F. Brunelli, avukat, A. Aloia, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-Nota ta’ Debitu tal-Kummissjoni Ewropea Nru 3241001630, tas-26 ta’ Frar 2010.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda n-nota ta’ debitu tas-26 ta’ Frar 2010, stabbilita mill-konvenuta fl-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna ekonomika mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), favur il-programm operattiv POR Puglia, fir-reġjun Objettiv 1 (2000-2006). Din id-deċiżjoni qiegħda tiġi kkontestata mir-Regione Puglia u mill-Italja, rispettivament, fil-Kawżi T-84/10 (1) u T-117/10 (2).

Insostenn tat-talbiet tiegħu ir-rikorrent jinvoka:

L-illegalità tad-Deċiżjoni C(2009) 10350, tat-22 ta’ Diċembru 2009, abbażi tal-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-Kawża T-84/10.

Il-ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 448/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar il-proċedura sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (3), li jipprevedi ż-żieda ta’ 1.5 % ogħla mir-rata applikata mill-BĊE fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu, sa fejn in-nota ta’ debitu kkontestata tipprovdi rata ta’ imgħax komposta minn dik li ġiet ippubblikat fil-ĠUUE tal-1 ta’ April 2010, miżjuda bi 3.5 %.


(1)  ĠU C 113, 01.05.10, p. 58

(2)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-ĠU

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 155


Top